Scuba diving Scuba diving

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal SCUBA DIVING għandu żewġ partijiet. L-ewwel parti ssir biż-żewġ idejn. Id waħda mgħollija orizzontali mill-minkeb sa’ taħt il-geddum, bil-ponot tas-swaba’ jħarsu lejn il-ġenb u bil-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra tieħu l-forma tal-ittra V u titla’ taħt il-polz tal-id il-wieqfa. Imbagħad terġa tinżel ’l isfel bis-swaba’ ppuntati ’l fuq. Iż-żewġt iswaba’ tal-V iferfru waqt li jinżlu ’l isfel. Imbagħad, id waħda tieħu l-forma ta’ 5 kkurvata bis-swaba’ mifrudin u bil-pala tħares ’il ġewwa. L-id titqiegħed fuq il-wiċċ tgħatti l-imnieħer u l-ħalq.

The sign for SCUBA DIVING has two parts. The first part is made with both hands. One hand is lifted to a horizontal position from the elbow up to below chin level, with fingertips pointing to the side and palm facing downwards. The other hand takes the shape of the letter V and moves up to below the wrist of the stationary hand. Then, it moves down with fingers pointing upwards. The two V fingers flutter as they move downwards. Then, one hand takes the shape of curved 5 with fingers apart and palm facing inwards. The hand is placed over the face, covering nose and mouth.